Il-Kap Militar tal-Myanmar wiegħed li se jisalvagwardja id-demokrazjoni fil-pajjiż, dan fl-istess waqt li ta twissija lil dawk id-dimonstranti kollha li ħarġu fit-toroq biex jipprotestaw kontrih.
Fuq l-istazzjon tal-Istat, il-mexxej militari qal li fil-pajjiż se tkun qed issir elezzjoni, iżda hawnhekk hu ma ta l-ebda indikazzjoni meta din tista’ ssir.
F’xandira speċjali fuq l-istess stazzjon, deher avviż għal dawk kollha li qed jipprotestaw, fejn ingħad li dawn qed jirriskjaw li jiġu jinqatlu b’tiri ta’ senter.
Mill-ewwel ta’ Frar sal-lum aktar minn 320 persuna nqatlu f’dawn il-protesti.