Fid-dawl ta’ dak li qalet il-Gift of Life, ċioe li l-Oppożizzjoni qed turi appoġġ lejn estremisti biex tikseb il-vot tal-liberali, il-kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil issa stqarr li l-Partit Nazzjonalista mhux miftuħ għal leġiżlazzjoni dwar l-abort jew l-ewtanażja.
“Hemm nies fi ħdan il-Partit li jaħsbuha differenti, u jien nilqaħhom” stqarr Simon, wara li l-kandidat Salvu Mallia iddikjara ruħu f’pożizzjoni li ma taqbel xejn ma’ dak li qed jgħid il-kap, fejn jidħlu abord u ewtanażja. Iżda anke l-fatt li Simon Busuttil qed kontinwamen jaqbeż għal Mallia qed tirrita bi kbir lil nies fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
Busuttil ma lissen ebda kelma ta’ kundanna għal kliem vulgari li Mallia kontinwament qed juża permezz tal-mezzi soċjali.