Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Żabbari ta’ tletin sena mixli b’serq ta’vettura privata, li kkawża ħsarat f’żewġ vetturi oħra u li huwa riċediv għax wettaq reat waqt li kien fuq probation. Dan fl-istess ħin li kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta proviżorja. Huwa nqabad mill-Pulizija f’Ħal Luqa aktar kmieni din il-ġimgħa meta ntlemaħ f’vettura misruqa ma’ persuna oħra, b’din tal-aħħar għadha qed tiġi nterrogata.
Il-każ imur lura għall-aħħar ta’ Mejju meta r-raġel seraq vettura tat-tip Ford Transit, u li ftit ġranet wara kkawżalha l-ħsara, kif ukoll kkawża ħsara lill-vettura oħra.
Huwa akkużati wkoll li laqa’ wkoll oġġetti misruqa, li saq b’mod traskurat u mingħajr liċenzja jew assigurazzjoni valida.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi u il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba tal-ħelsien mill-arrest minħabba l-fatt li dan kien arrestat flimkien ma persuna oħra li għamlet programm ta’ rijabilitazzjoni, li tgħix u taħdem mal-akkużat. Minħabba dan il-prosekuzzjoni hija konxja ta’ possibbiltà ta’ tbagħbis fil-provi u li minħabba l-fedina penali tal-akkużat huwa mhux ta’ min jafdah.
B’hekk it-talba għall-ħelsien ill-arrest kienet miċħuda.