Serbjan ta’ 32 sena, inżamm taħt arrest wara li wieġeb mhux ħati li mporta 51 kilogramma raża tal-kannabis.
Miodrag Kocic, ċaħad li nstab fil-pussess, li mporta u li traffika d-droga, li nstabet moħbija wara s-sit tal-vann tiegħu, hekk kif wasal minn Sqallija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Noel Bartolo, ntqal kif l-uffiċjali tad-Dwana, tqanqlilhom suspett fl-imputat, waqt tfittxija li kienu qed jagħmlu, hekk kif xi partijiet mill-vann, kienu jidhru laxki.
Huwa suppost, kien qed iġorr tliet fridges.
L-imputat ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.