Keith Gravina ta’ 38 sena mill-Belt ittella’ l-Qorti quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello għaliex ma marx jiffirma l-Għassa tal-Belt minn tal-inqas 6 darbiet.
L-imputat li wieġeb mhux ħati, suppost jiffirma ta’ kuljum fl-Għassa bħal parti mill-kundizzjonijiet li ngħatawlu meta nħeles mill-arrest fuq każ li għandu pendenti fil-Qorti.
L-avukat tal-għajnuna legali Joe Brincat wera t-tħassib tiegħu fuq dritt fundamentali tiegħu dwar detenzjoni arbitrarja u minħabba f’hekk ser jitressaq ilment kostituzzjonali.
Id-difiża talbet għal-libertà iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat fuq raġunament li l-akkużat għandu fedina penali kkulurita u f’nhar Santa Marija tressaq għaliex kiser kundizzjonijiet tal-libertà mogħtija lilu.
L-akkużat ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.