Raġel ta’ 31 sena minn Ħal Qormi wieġeb mhux ħati li nstab fil-pussess tal-kokaina u l-eroina.
Huwa ġie arrestat waqt rejd mill-Pulizija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest u qalet li l-imputat għandu bżonn l-għajnuna hekk kif għandu l-vizzju tad-droga. Intqal ukoll li l-imputat ikkopera mal-Pulizija.
Il-Prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għall-ħelsien mill-arrest, ladarba din tingħata bil-kundizzjonijiet neċessarji.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest, b’depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €9,000.