Somalu ta’ sitta u erbgħin sena wieġeb mhux ħati wara li ttella’ l-qorti mixli li fl-10 ta’ Ottubru għall-ħabta tal-4:15 ta’ filgħodu f’San Ġiljan kkawża ġrieħi gravi lil raġel ieħor.
Fil-qorti, il-Prosekuzzjoni rrakkontat li l-imputat spjega lill-pulizija li għall-ebda raġuni speċifika allegatament qabad flixkun u ċarrat wiċċ raġel minn ħalqu sa widintu.
Ir-raġel ma talabx għall-ħelsien u għaldaqstant baqa’ jinżamm arrestat.