Niġerjan ta’ 37 sena huwa s-sitt persuna li tressaq il-Qorti b’akkużi relatati mal-allegat iffrodar ta’ €58,000 lil mara anzjana, f’dak li huwa magħruf bħala ‘romance fraud’.
Tabi Ovi li joqgħod is-Swieqi tressaq il-Qorti mixli b’ħasil ta’ flus u li rċieva flus frott attività kriminali. Fil-Qorti huwa qal li jaħdem bħala xufier.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti ħarġet ordni ta’ sekwestru fil-konfront tal-akkużat u pprojbitu milli jiddisponi mill-assi tiegħu.
Id-difiża f’dan l-istadju ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk baqa’ jinżamm arrestat.
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2021/02/08/5-persuni-jinzammu-arrestati-fuq-hasil-ta-flus-li-allegatament-hadu-minghand-anzjana-1/