Fid-dawl tal-proposta ta’ bini ta’ skola f’Pembroke, iltqajna mas-Sindku ta’ Pembroke Dean Hili, fejn spjega l-problemi li qed tiffaċja din il-lokalita’ li tospita fiha erbatax-il skola u diversi faċilitajiet sportivi.
X’inhi l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp propost f’Pembroke?
Il-posizzjoni tal-Kunsill f’dan ir-rigward hija ċara u konsistenti. Il-Kunsill huwa kontra dan l-izvilupp u dan għal diversi raġunijiet – uħud prattiċi u relatati mal-ammont ta’ traffiku irraġjonevoli li erbatax-il skola diġa qegħdin jikkawżaw f’Pembroke, u oħrajn ta’ natura aktar ambjentali u morali.
Nemmnu bis-shih illi z-zona immarkata hija wahda ta’ mportanza ekologika kbira u li ghandha tigi pprezervata. Tajjeb wiehed jinnota illi z-zona li qieghda fil-mira tal-izviluppaturi hija wahda li hija mifruda biss bi triq ta’ ftit piedi wisa` minn medda ta’ art matul il-kosta, kollha kemm hija protetta bhala NATURA2000.
Matul is-snin il-Kunsill flimkien mar-residenti dejjem ilmentaw li din iz-zona mhijiex differenti minn dik li llum hija protetta, u li dan ix-xaghri imprezzabbli m’għandux jintilef b’aktar żvilupp. Illum il-Kunsill qiegħed jagħmel il-ħsibijiet tiegħu cari, ma rridux dan l-iżvilupp goff fuq din l-art. Għada pit’għada ser inkunu qiegħdin nkomplu nissieltu sabiex din il-medda, toħroġ miż–żona tal-iżvilupp.
Madanakollu din l-art mhijiex mhux f’art ODZ? Iġifieri teknikament jista’ jsir żvilupp peress li qiegħed fil-local plan?
Iva, naqbel li mhijiex u fl-ebda ħin ma konna qieghdin nipprovaw inqarqu b’hadd. Is-sit mhuwiex barra miż–żona tal-izvilupp, jew mhuwiex fl-ODZ. L-oggezzjoni formali li l-Kunsill għamel mal-Awtorita` tal-Ippjanar tixhed dan, u dan id-diskors intqal ukoll fil-laqgħa pubblika bi protesta li saret fuq il-post nhar it-8 ta’ Awwissu 2017.
Madanakollu nemmen bis-sħiħ li l–Awtorita` tal-Ippjanar ghandha d-dmir u l-obbligu, fuq kollox is-setgha, li tiddeċiedi l-applikazzjoni fuq il-mertu kollu taghha. Bl-istess mod li applikazzjoni fl-ODZ ma tiġix irrifjutata b’mod awtomatiku, isegwi li applikazzjoni fiz-zona tal-izvilupp ukoll tigi kkunsidrata fuq il-mertu kollu taghha, u mghandix dubju li hekk ser isir.
Iqumu diversi mistoqsijiet meta azzjenda privata, f’dan il-kaz skola li qieghda diga topera minn post iehor, tapplika sabiex tkompli tittiehed art pubblika prezzjuza u skarsa.
Nistaqsi, ghad fadlilna l-lussu li nkomplu nqassmu art pubblika u vergni lill-izviluppaturi privati sabiex ikomplu jifjorixxu l-interessi taghhom u li minnhom jibbenefikaw il-ftit, ghad-detriment tal-hafna?
Chiswick House School qalet li kien hemm diversi konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti. Il-Kunsill qatt ġie kkonsutat?
Illum ma nistax nikkummenta dwar id-diskussjonijiet li d-dirigenti tal-iskola kellhom ma dawn l-Awtoritajiet li semmew ghaliex ma konniex parti minnhom – ghalkemm sa issa lanqas ma huwa car ma min tkelmet l-istess skola.
L-unika laqgha li talbu r-rapprezentanti ta’ Chiswick House School lil Kunsill kienet biss ftit tal-gimghat ilu, u wara li dehru l-ewwel kummenti tieghi fuq il-portal online Newsbook. Kien biss hawn li ntalbet laqgha mal-Kunsill sabiex jigu spjegati l-pjanti u l-applikazzjoni li kienet diga giet sottomessa.
F’rapport fit-Times of Malta l-iskola qalet li m’humiex biss qed jibnu skola, u lanqas se jżidu l-ammont ta’ studenti iktar mid-900 li diġa għandhom. “Li rridu nagħmlu huwa li nikrejaw ambjent bi spazji miftuħin – li jikkonsisti kemm b’ natura u spazji ta’ rikreazzjoni – fejn it-tfal ikollhom fejn joqogħdu.” X’inhuma l-kummenti tiegħek dwar dan?
Fiwaqt illi nifhem is-sentiment, huwa propru dak li qieghda tfittex l-iskola li rridu naraw li nkomplu nipprezervaw. Bid-differenza li l-iskola tixtieq illi dak l-ambjent jitgawda mid-disgha mitt student li ser jattendu l-iskola – li jista`, u wisq probabli, jkompli jikber – filwaqt li l-Kunsill iridu jara illi din iz-zona tkompli titgawda minn kulhadd b’mod liberu.
Pembroke jilqa` fih diversi persuni li mhumiex residenti tal-lokalita` taghna fuq bazi regolari, anke kuljum u dan naghmluh bi pjacir u sodisfazzjon. F’diversi lokalitajiet ohrajn ma ssibx l-ispazju miftuh u pubbliku li ssib gewwa Pembroke. F’lokalitajiet ohrajn tnaqqru diversi artijiet pubblici u hnoqna l-ilna nfusna f’isem l-izvilupp. Huwa proprju ghalhekk illi rridu naraw li ma nkomplux innaqqru minn artijiet pubblici u li meta, jew jekk dawn jigu mittiefsa, jsiru kompromessi li ma jkunux biss ser jibbenefikaw minnhom ftit individwi.
Mhux l-istudenti tal-iskejjel privati biss jibbenefikaw mill-ispazji naturali.
L-iskola qalet ukoll li 25% tal-art se tkun użata u l-post se jkun miftuħ għall-komunita’ wara l-ħinijiet tal-iskola. Tkellmu mal-kunsill dwar x’qed jiproponu b’dan? jekk l-art hija privata se tkun qed tigi użata għal benefiċju tal-ftit a detrimnet tal-ħafna?
Qieghed jinghad illi miz-zona kollha li ser tokkupa l-iskola ser tigi zviluppata biss 25%. Filwaqt illi dan huwa fattur mitiganti f’applikazzjonijiet ohra f’kuntesti differenti, dan il-fattur ikompli jsahhah dak li qieghed isostni l-Kunsill.
Effettivament ir-residenti u l-individwi l-ohra li jigu jgawdu l-kampanja gewwa Pembroke spazju miftuh u mhux mittiefes iridu, u mhux facilitajiet sportivi wara l-hin tal-iskola. F’Pembroke hawn lussu ta’ facilitajiet sportivi li joffru wara l-hin uhud mill-iskejjel, u l-clubs tal-football kollha li tilqa` l-lokalita` taghna (erbgha b’kollox!), izda l-ispazju pubbliku mhux mittiefes qieghed kull ma jmur jonqos.
L-art pubblika hija skarsa kif inhi, l-ispazju pubbliku fejn wiehed jista` jmur u jgawdi l-kampanja flimkien mal-familja tieghu qieghed dejjem jitnaqqar ghal diversi interessi privati li minnhom igawdu biss il-ftit. Ghad fadlilna l-lussu li nokkupaw medda ta’ art enormi ghal skopijiet kummercjali u privati u mbaghad nghidu li ser nibnu biss fuq 25% mill-art? Fl-opinjoni taghna huwa lussu li mghadx fadlilna.
Illum nafu li saru diversi żbalji u kompromessi żbaljati fuq artijiet pubbliċi, wasal iż–żmien li verament nġibu l-interess pubbliku l-ewwel u qabel kull konsiderazzjoni oħra meta qiegħdin nittrattaw mal-patrimonju naturali ta’ pajjizna.
Fattur interessanti għall-aħħar u li sa issa l-iskola għadha ma kkumentatx dwaru huwa l-fatt li fuq il-pjanti sottomessi lill-Awtorita` tal-Ippjanar hemm medda ta’ art li hija mmarkata bhala ‘land for future development’ u għalhekk, difficli wieħed jipprospetta kemm fil-verita l-iskola ser tkun qiegħda tilqa` studenti, jew kemm effettivament ser tiġi żviluppata mill-art.
Xi problemi jnħolqu bl-ammont kbir ta’ skejjel li issib f’pembroke?
Irridu nibdew biex ngħidu li Pembroke jospita’ fih erbatax-il skola. Naturalment dawn kollha jġibu ammont konsiderevoli ta’ traffiku magħhom u għalhekk id-dħul u l-ħruġ, lejn u ‘l barra mil-lokalita` matul il-ħinijiet ta’ filgħodu u wara nofsinhar huwa prattikament impossibbli.
Barra minn dan, Pembroke jilqa` wkoll erbgħa clubs tal-football, ieħor tal-atletika, judo, tennis, basketball u diversi dixxiplini ohrajn. Dawn kollha jikkontribwixxu ghat-traffiku. Ahna kburin li nilqghu lil dawn it-tfal kollha f’Pembroke u matul is-snin il-Kunsill ħadem prattikament ma kull wieħed minn dawn l-entitajiet, pero sincerament nemmnu li wasalna f’punt fejn ma nifilhux ghal aktar – u r-ragunijiet mhumiex biss marbutin mal-infrastruttura.
Inhossu li ntlaħaq il-limitu għal dak li huwa raġjonevolment mistenni minn lokalita` residenzjali f’dak li għandu x’jaqsam mat-traffiku.