Dylan Spiteri ta’ 26 sena minn Ħal Għaxaq tpoġġa taħt probation wara li wieġab ħati li wettaq erba’ serqiet minn pompi tal-petrol.
Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, l-Ispettur Eman Hayman qal li fl-aħħar ġimgħat il-pulizija wasslulha numru ta’ rapporti ta’ serqiet minn pompi f’Raħal il-Ġdid, Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun u Ħal Għaxaq.
Il-pulizija ddentifikat lill-akkużat minn filmati elevati minn kameras tas-sigurtà.
Id-difiża qalet li r-raġel ġej minn familja tajba u waqa’ f’vizzji ħżiena, saħansitra spiċċa jabbuża mid-droga.
Qalet li l-imputat għandu jibda l-programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga.
Il-Qorti ordnat d-difiża tippreżenta rapport sabiex tara kemm l-imputat lest ibiddel ħajtu.