Mohamed Ibrahim Mohamed, Somalu ta’ 35 sena, inżamm arrestat, wara li ammetta li kkorrompa minuri – hekk kif deher f’filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali.
Huwa tressaq fil-Qorti, ppreseduta mill-Maġistrat Abigail Critien, mixli li kkorrompa minuri, li kkommetta atti sesswali fil-preżenza ta’ minuri, li ffastidja lil istess minuri, li kiser il-paċi pubblika, u li kien riċediv.
Fil-Qorti, l-imputat qal li huwa m’għandux residenza u impjieg fissi.
Id-Difiża qalet kif, l-akkużat ma sabx residenza fejn joqgħod wara li ħareġ mill-ħabs.
Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, u l-każ ġie diferit għall-25 ta’ Marzu.