Clayton Cremona, ta’ tnejn u tlettin sena mill-Birgu, wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u li huwa riċediv.
Il-Prosekuzzjoni qalet li r-raġel naqas milli jiffirma fl-għassa f’diversi okkkazjonijiet, kif ukoll li naqas milli josserva l-ħinijiet imposti mill-Qorti. Il-Prosekuzzjoni talbet sabiex jiġu kkonfiskati l- €2,000 depożitu u l-garanzija personali ta’ €8,000.
Il-Maġistrat Grazio Mercieca, se jkun qed jgħaddi is-sentenza nhar il-Ħamis.