Żewġ Eritreani ta’ 32 sena u 26 sena wieġbu mhux ħatja talli nhar l-10 t’Ottubru għall-ħabta tas-2:00 ta’ filgħodu allegatament serqu flus kontanti minn fuq żewġ persuni bi vjolenza fi Triq Joe Sciberras fil-Ħamrun.
Huma kienu akkużati wkoll li kkawżaw ġrieħi ta’ natura gravi fuq waħda mill-vittmi u ġrieħi ħfief fuq il-vittma l-ieħor. Dan filwaqt li kienu mixlija li ssekwestraw lill-vittmi u żammewhom kontra l-volontà tagħhom.
L-imputati m’għamlux talba għall-ħelsien mill-arrest u għaldaqstant baqgħu jinżammu arrestati.