Tliet irġiel tressqu l-Qorti mixlija li kkawżaw ġrieħi lil xulxin wara li daħlu f’argument fuq appartament.
Osas Steven li għandu 31 sena, Aghowunuyi Bright li għandu 40 sena u Frank Godwin li għandu 24 sena li kollha kemm huma min-Niġerja u joqogħdu Marsaskala, wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Jidher li Steven u Bright li joqogħdu flimkien, iġġieldu ma’ Godwin li jgħix waħdu fuq appartament.
Il-Qorti laqgħet it-talba u għall-ħelsien fuq diversi kundizzjonijiet. Imponiet fuqhom kollha depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €9,000 filwaqt li ma jistax ikollhom kuntatt ma’ xulxin.