It-Tnejn filgħodu, tliet uffiċjali ta’ Transport Malta tressqu l-Qorti fuq allegazzjonijiet ta’ tixħim f’testijiet tas-sewqan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello huma wieġbu li mhux ħatja.
Fil-Qorti, fost l-oħrajn, instema’ li l-investigazzjoni fil-konfront tat-tliet imputati bdiet wara email li rċeviet il-Pulizija fl-2020 mingħand traduttur.
Fl-email ġie allegat li kandidati li kienu se jpoġġu għall-eżami tat-teorija ġew assenjati interpretu mingħajr bżonn sabiex jiġu indikati lilhom ir-risposti t-tajbin.
Fis-seduta tal-lum xehed l-Ispettur tal-Prosekuzzjoni. Is-seduta ġiet differità għall-15 ta’ Settembru.