MIDI plc ħarġet tikkundanna dak li sar nhar l-10 ta’ Settembru, meta tal-Kamp Emerġenza Ambjent daħlu f’Manoel Island.
Sejħu dan l-aġir ‘irresponsabbli’ u qalu li eskala l-problema, b’numru ta’ individwi jidħlu f’numru ta’ propjetajiet, inluż dawk li jagħmlu parti mill-patrimonju Malti. Skont il-kumpanij, saru atti ta’ vandaliżmu fil-Forti Manoel u fil-kappella ta’ Sant’Anġlu.
Ir-resident tal-Gżira ilhom sittax-il sena mċaħħda minn Manoel Island u l-baħar tal-madwar, minħabba xogħlijiet li suppost qed isiru fiż-żona, iżda li s’issa għadu kollox wieqaf. Għalhekk, il-Kunsill Lokali daħħal protest ġudizjarju quddiem il-qrati.
Il-kumpanija qalet li nnotifikat l-avvenimenti ta’ żgumbrar lill-Pulizija. Midi qalu li wara snin ta’ abbandun, il-Gvern sejjaħ lis-settur privat biex jidħol hu għall-iżvilupp ta’ Manoel Island u Tigne Point – żewġ siti li kellhom bżonn qawwi ta’ restawr.
Wara seba’ snin ta’ negozjati, f’Ġunju 2000, MIDI qalet li daħlet għal proġett u f’sittax-il sena investiet mal-€400,000,000 fuq iż-żewġ siti. Bl-iżvilupp tal-proġett ta’ Tigne Point kważi lest, il-kumpanija qalet li ngaġġat lil Foster+Partners biex jippjanaw l-iżvilupp ta’ Manoel Island. Skont MIDI, kuntrarju għal dak irrapportat, m’hemm xejn fil-liġi li jgħid li individwi għandu jkollhom aċċess għal propjetà privata.
L-istqarrija ttemm tgħid: the Company will be taking the necessary steps in terms of law to safeguard its interests and those of its stakeholders.