Il-kumpanija Avantgarde, li rapport fit-Times of Malta tal-Ħadd li għadda qal li tħallset mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada ta’ xogħol li m’għamlitx, iddikjarat li tħallset ta’ inqas xogħol milli għamlet għaliex aċċettat ftehim.
Fi stqarrija ntqal li Avantgarde Projects rebħet sejħa pubblika għal xogħol fl-iskola tal-Ħandaq. Iżda eventwalment ingħata xogħol li ma kienx fil-kuntratt.
Il-kumpanija qalet li fl-2012 l-FTS waqqfet il-pagamenti lil Avantgarde mingħajr ebda raġuni u ma kkoperatx biex ix-xogħol ma setax jitlesta fil-ħin.
Eventwalment, wara li l-FTS irilixxat is-sit sħiħ il-kumpanija setgħet tkompli bix-xogħol u meta lestiet il-kumpanija tat kont sħiħ għax-xogħolijiet kollha inkluż il-varjazzjonijiet u x-xogħlijiet adizzjonali mhux kontemplati fil-kuntratt.
Intqal li l-kumpanija hawn bdiet tirrifjuta li tħallas. Dan wassal biex preżentat dossier lill-FTS, Direttur tal-Kuntratti u l-Ministru Dolores Cristina. Liema dossier għadda għand il-Ministru Evarist Bartolo wara l-elezzjoni ġenerali.
Il-kumpanija qalet li s-somma li tħallset eventwalment kienet inqas minn dik mitluba, iżda aċċettat il-ħlas bħala ftehim biex tevita li tagħmel snin il-Qorti.