Hany Abdellatif Tawfik Elkhaniny ta’ 42 sena u Ahmed Mohamed Elsayed Shaaban Egy ta’ 44 sena mill-Eġittu wieġbu ħatja li qabżu bi ftit l-ammont ta’ flus permessibbli bil-liġi li wieħed jista’ ma jiddikkjarax hu u jgħaddi mill-Ajruport. Huma kienu arrestati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ftit qabel ma kienu se jaqbdu titjira lejn l-Eġittu. Egy nqabad b’€10,933, filwaqt li Elkhaniny nqabad b’€10,700.
Fil-Qorti l-imputati ddikjaraw li l-flus li kellhom kienu ssiġillati ġo envelope u ma kellhom l-ebda idea tal-ammont li kienu qedgħin iġorru.
Il-Qorti qalet li f’dan il-każ m’għandiex għażla għajr li timponi l-piena imposta mil-liġi u għaldaqstant immultat lil Elkhaniny €2,675 u kkonfiskat €700, oħra filwaqt li Egy kien immultat €2,733, u kellu €933 kkonfiskati.
L-imputati se jkunu qed jappellaw minn din is-sentenza.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2018/12/18/zewgt-irgiel-jinqabdu-baktar-minn-e21000-mhux-iddikjarati-huma-u-jhallu-malta/