Żewġt irġiel Sudaniżi li għandhom 27 sena u raġel ieħor ta’ 23 sena mir-Repubblika Ċentrali tal-Afrika ġew mixlija li kellhom fil-pussess tagħhom dokumenti leġittimi iżda maħruġin fuq persuni oħra.
Huma ġew akkużati wkoll li ppruvaw jagħmlu użu minn dawn id-dokumenti u li għamlu dikjarazzjoni falza.
Il-Qorti kkundannathom għal sentenza ta’ sitt xhur ħabs priġunerija effettiva.
Dan filwaqt li żewġ Sudaniżi ta’ 19 u 23 sena ttellgħu l-Qorti akkużati b’falsifikar ta’ diversi dokumenti. Ir-raġel ta’ 23 sena kien mixli wkoll li sar riċediv minħabba sentenza li ngħatat lura fl-2020.
Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena ngħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs filwaqt li r-raġel l-ieħor ngħata senteza ta’ sena ħabs.
Fil-Qorti l-imputati kollha wieġbu ħatja tal-akkużi u ntqal li l-akkużati kkoperaw bi sħiħ mal-pulizija.