Numru ta’ persuni li qed jimmiraw li jagħmlu parti mit-tim tal-Forzi Armati ta’ Malta aktar kmieni dan ix-xahar wettqu l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ.
It-taħriġ sar f’Luqa Barracks u Safi Ranges fejn it-taħriġ kien jinkludi bosta eżerċizzju differenti.
Dawk li ħadu sehem fit-taħriġ ukoll ġew spezzjonati fuq diversi abiltajiet kif ukoll fuq l-uniformi u l-arma li kellhom fuqhom, dan hekk kif it-taħriġ hu wieħed li jlesti lir-rekluti li se jintgħażlu għal diversi xenarji differenti li jistgħu jiltaqgħu magħhom tul il-ħidma tagħhom.