Żewġ persuni weġġgħu gravi wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku, f’Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija fi Triq ix-Xagħra, ix-Xewkija.
Minn stħarriġ preliminari irriżulta li l-ħabta seħħet bejn raġel ta’ 38 sena mill-Għasri, li kien qiegħed isuq Peugeot 108 u raġel ta’ 20 sena, li kien qiegħed isuq Volkswagen Golf, residenti ż-Żebbuġ, Għawdex.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanzi ħadu l-persuni kollha l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura medika.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.