Żewġt irġiel weġġgħu wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku ilbieraħ figħaxija fi Truq tal-Għajn, il-Fontana.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Hyundai I40 misjuqa minn raġel ta’ 61 sena residenti n-Nadur u Fiat Doblo misjuqa minn Albaniż ta’ 29 sena residenti r-Rabat, Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iż-żewġ xufiera ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħedu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex
b’ambulanza. Aktar tard, ir-raġel ta’ 61 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi, filwaqt li l-Albaniż sofra ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.