Raġel ta’ 44 sena minn Ħal Qormi weġġa’ gravi wara li waqa’ mid-dinghy li kien fuqu u sofra ġrieħi f’wiċċu bl-iskrun tal-istess dinghi.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta ta’ nofsinhar, fil-Bajja tar-Ramla l-Ħamra, fix-Xagħra, Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa twassal fil-port tal-Imġarr, mill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, fejn kien assistit minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura, permezz ta’ ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar dan il-każ, għadhom għaddejjin.