Raġel ta’ 30 sena residenti l-Fgura weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’.
L-inċident seħħ dalgħodu fi Triq Bella Vista, San Ġwann.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.