Għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu (0900hrs) tal-lum, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-għajnuna tagħha ġewwa fond fi Triq Karlu Maratta, Ħal Tarxien.
Irriżulta li r-raġel residenti l-Gudja u li għandu ta’ 70 sena, kien qed jagħmel xi xogħol fuq bejt ta’ washroom u għal xi raġuni waqa’ u ġie fuq il-bejt tar-residenza. Ġiet infurmata l-Pulizija tad-Distrett li marret minnufih fuq il-post flimkien mal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Issejħet ukoll l-ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni.