Barrani ta’ 59 sena weġġa’ gravi wara li għal xi raġuni waqa’ minn trakk waqt li kien qed jagħmel xi xogħol. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.15 fi Triq Manuel Dimech f’Ħal-Qormi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.