Żabbari ta’ 54 sena weġġa’ gravi wara li waqa minn fuq sellum f’Bormla.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:00pm tat-Tnejn fi Triq Sur Santa Liena.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel kien waqa’ minn fuq sellum f’residenza.
Tim mediku ta l-għajnuna lir-raġel u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.