Għall-ħabta tad-21:30, il-Pulizija kienu nfurmati li Filippin ta’ 37 sena, residenti l-Pieta’ waqa’ waqt li kien qed isuq e-kick scooter fi Triq il-Kukkanja, Santa Venera.
Tim mediku ta’ l-assistenza lill-vittma, u dan ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija, b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.