Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li waqa’ ġewwa residenza f’Kerċem, Għawdex.
L-inċidenti seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħodu. Fil-fatt, il-Pulizija ġiet infurmata mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li ftit ħin qabel iddaħħlet persuna għal kura wara inċident f’residenza fi Pjazza San Girgor, Kerċem, Għawdex.
Minn investigazzjoni preliminari li saru rriżulta li Pollakk ta’ 23 sena, waqa’ minn għoli f’xaft
fir-residenza.
Wara li ngħata l-assistenza medika fuq il-post, huwa ttieħed l-isptar għal aktar
kura, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.