Raġel ta’ 44 sena minn Ħaż-Żabbar weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza u ħabat f’xi karozzi oħra pparkjati.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-ħdax fi Triq San Mikiel, il-Marsa.
L-ewwel investigazzjonijiet urew li għal xi raġuni r-raġel, li kien qed isuq Citroen C3, tilef il-kontroll b’kawża li ħabat ma’ ħames karozzi oħra li kienu jinsabu pparkjati.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei.