Raġel ta’ 43 sena miż-Żebbuġ Għawdex weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’ fix-Xagħra.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu, fi Triq Marsalforn.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija u tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.