Raġel ta’ 47 sena min-Nadur weġġa’ gravi wara li sofra xi ġrieħi waqt li kien qed juża makkinarju li jaqta’ l-injam.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30am, f’garaxx fi Triq l-Isqof M.F. Buttigieg, fin-Nadur stess.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
L-investigazzjoni mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.