Ġermaniż ta’ 35 sena ġie arrestat mill-Pulizija wara li allegatament aggredixxa raġel f’Għajnsielem.
Il-Pulizija ġiet informata mill-awtoritajiet tas-saħħa li ntalbet l-assistenza medika peress li raġel sofra diversi ġrieħi fi Triq Fuq il-Għajn.
Hawnhekk il-Pulizija sabet raġel ta’ 43 sena mix-Xewkija, bi ġrieħi allegatament ikkawżati minn strument li jaqta’ u bil-ponta.
L-allegat aggressur ġie arrestat wara tfittxija fl-inħawi.
Ir-raġel mix-Xewkija ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.