Irlandiż ta’ 45 sena jindarab gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Belt Valletta.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5:30 ta’ waranofsinhar fi Triq l-Assedju l-Kbir.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel intlaqat minn karozza tal-għamla Renault Zeo misjuqa minn Ingliża ta’ 38 sena li tgħix il-Gżira.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.