Raġel ta’ 47 sena li jgħix Ħaż-Żabbar weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn e-kick scooter.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar fi Triq il-Wied, Birkirkara.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li r-raġel intlaqat minn e-kick scooter misjuq minn raġel ta’ 20 sena, residenti Birkirkara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-għajnuna, u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 47 sena l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin