Raġel ta’ 56 sena minn Ħal Luqa weġġa’ gravi f’inċident f’Ħal Luqa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:30 tal-Erbgħa filgħaxija fi Triq Ġwann Mamo.
Minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li vettura tal-għamla Tata nieżlet rampa ta’ garaxx bil-konsegwenza li r-raġel spiċċa maqbud bejn il-bieb tal-garaxx u l-vettura.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.