Raġel ta’ 30 sena residenti Ħaż-Żabbar weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku waqt li kien qed isuq mutur.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ filgħaxija fi Triq il-Kunvent, Ħaż-Żabbar.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW misjuqa minn Sirjan ta’ 29 sena residenti l-Marsa u mutur Kymco misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti Ħaż-Żabbar.
B’konsegwenza tal-impatt, il-mutur laqat ukoll Mitsubishi Pajero li kien ipparkjat.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ