Raġel ta’ 29 sena miż-Żejtun, weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku b’mutur.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ dalgħodu fi Triq il-Wied tal-Imsida, l-Imsida.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien involut f’ħabta ma’ karozza misjuqa minn mara ta’ tlieta u tletin sena residenti Santa Venera.
Ir-raġel ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.