Raġel ta’ 22 sena residenti l-Marsa weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa tal-Ħadd filgħodu fi Triq Ġużè Pace.
Mill-ewwel stħarriġ rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Tweet misjuq mill-vittma u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Fgura.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.