Raġel ta’ 30 sena li jgħix San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li kien li kellu inċident bil-mutur f’San Ġwann.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ dalgħodu fi Triq il-Babal, limiti ta’ San Ġwann meta kien hemm ħabta bejn mutur tat-tip Peugeot Tweet u karozza tal-għamla BMW M235i, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena li joqgħod San Ġwann.
Immedjament fuq il-post mar tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur, filwaqt li ttieħed l-isptar għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar da l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.