Raġel ta’ 26 sena residenti Ħaż-Żebbuġ sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ filgħodu f’parkeġġ privat ta’ stabbiliment fi Triq l-Iljun.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Keeway Cityblade misjuq mill-vittma u Toyota Passo misjuqa minn raġel ta’ 79 sena residenti l-Imsida.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.