Raġel ta’ 27 sena minn Birkirkara weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bejn e-kick scooter u karozza fil-Gżira.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax neqsin għoxrin ta’ filgħodu fi Triq D’Argens.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn e-kick scooter, li fuqha kien hemm ir-raġel ta’ 27 sena u vettura Nissan March misjuqa minn raġel ta’ 68 sena u residenti Marsaskala.
Ir-raġel ta’ 27 sena ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.