Raġel ta’ 67 sena minn Birkirkara weġġa’ gravi wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Karm, Birkirkara.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vann misjuq mill-vittma u vann ieħor misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti n-Naxxar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-persuni involuti ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u x-xufier minn Birkirkara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.