Għall-ħabta tal–ħdax ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħal Luqa.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li seħħ impatt bejn vettura tat-tip Toyota Corolla li kienet qed tinstaq minn mara
ta’ 62 sena residenti Ħal Luqa u vettura BMW X5 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 56 sena residenti l-Imsida.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lill-żewġ passiġġieri li kienu fil-BMW: mara ta’ 25 sena residenti l-Imsida li sofriet minn ġrieħi ħfief u raġel ta’ 31 residenti r-Rabat, li
ġie iċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.