Illum fid-09: 00 ta’ filgħodu ntalbet l-assistenza tal-Pulizija fi Triq Santa Marija f’Birkirkara.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq is-sit. Investigazzjonijiet preliminari wrew li r-raġel ta’ 45 sena , li joqgħod Birkirkara kien għadu kif ħareġ minn Ford Transit, meta din għal xi raġuni ċaqilqet u b’hekk weġġa r-raġel.
L-ambulanza li ssejħet fuq il-post ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-iktar kura.
Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.