Il-Partit Nazzjonalista ħa deċiżjoni li dalgħodu jwaqqaf it-telefonati mill-programmi politiċi fuq Radio 101. Iżda, bħala mistieden ta’ programm li qed jixxandar bħalissa għażel lil Ivan Bartolo, ta’ 6pm.
Kandidat fl-aħħar elezzjoni ġenerali, li fl-aħħar ġimgħat iddikjara l-appoġġ tiegħu għal Alex Perici Calascione, il-kandidat favorit tal-establishment.
“Irid ikollok l-integrità biex tkun kap,” beda biex qal Ivan Bartolo.
Dawn id-deċiżjonijiet ikomplu juru kemm hi kumplessa l-kampanja elettorali għall-Kap fil-Partit Nazzjonalista. Kampanja maħmuġa b’attakki li ma waqfu xejn u dan wassal biex fl-aħħar sigħat ittieħdet id-deċiżjoni li l-partitarji ma jitħallewx iċemplu fuq l-istazzjon tal-partit. Anke biex ma jkunx hemm rabja pubblika għal dawn id-deċiżjonijiet li qed jittieħdu. “Anke fl-elezzjoni jkun hemm jum ta’ silenzju,” qal il-preżentatur Angelo Micallef.