Il-Kardinal, li mexxa l-quddiesa ta’ qabel il-konklavi, magħrufa bħala Pro Elifendo Romano Pontifice, appella lill-kollegi tiegħu eletturi biex jagħżlu mexxej li jista’ jiggwida lill-Knisja Kattolika f’dak li sejjaħ bħala żmien “diffiċli u kumpless”.
“Din hi sejħa qawwija biex tinżamm l-għaqda tal-Knisja … għaqda li ma tfissirx uniformità, imma komunjoni soda u profonda fid-diversità,” qal il-Kardinal Giovanni Battista Re, f’messaġġ li wkoll qed jiġi interpretat biex ikun hemm kontinwità fuq dak li beda l-Papa Franġisku fl-aħħar snin.
Hu tenna li l-votazzjoni hi ta’ “importanza eċċezzjonali” u li l-kardinali għandhom jitwarrbu minn kull konsiderazzjoni personali.