Kienu 715 id-delegati li vvotaw fl-elezzjoni għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Dan minn total ta’ 756 delegat biex kienu biss id-delegati li ma vvotawx. Wieħed irid iżomm f’moħħu li dawk li kienu ivvotaw fil-votazzjoni bikrija din id-darba ma kellhomx iċ-ċans li jagħmlu dan jekk ma kienux f’Malta.
L-għadd tal-voti se jibda ftit tal-minuti oħra u se jkun qed jiddetermina min se jkun id-Deputat Mexxej għall-affarijiet tal-Parlament jekk hux il-Ministru tas-saħħa Chris Fearne jew il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.