Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca kienet ċara meta waqt il-programm Arena kkummentat dwar jekk għandux ikun hemm kwoti ta’ nisa fil-Parlament. Qalet li ma nistgħux ma nagħmlu xejn.
Fi kliemha: “Qegħdin f’fażi fejn ma nistgħux ma nagħmlux xi ħaġa. Issa jekk hux kwoti jew xi ħaġa oħra xi tip ta’ positive action trid issir. Aħna ilna sebgħin sena bid-dritt għal vot. F’sebgħin sena rnexxielna biss tliettax fil-mija jkunu nisa. Tliettax fil-mija,” qalet il-President tar-Repubblika.