Din hija l-kanzunetta Chasing Sunsets interpretata minn Chanel Monseigneur, ir-rappreżentata Maltija fil-Junior Eurovision Song Contest li se jixxandar mill-Polonja nhar il-Ħadd li ġej.
Chanel tinsab eċitata ħafna biex turi l-preżentazzjoni tagħha fuq il-palk, li minħabba miżuri tal-Covid-19 ġiet rekordjata ftit tal-jiem ilu fil-Polonja.
Ma’ ONE News qalet x’inhu l-messaġġ sempliċi tal-kanzunetta dwar kif wieħed għandu jiġri wara l-ħolm tiegħu.
12-il pajjiż qed jipparteċipaw fit-tmintax-il edizzjoni tal-Junior Eurovision u l-votazzjoni diġà fetħet fejn anki l-Maltin jistgħu jivvutaw għal pajjiżna stess fuq is-sit junioreurovision.tv
Ma’ dan l-istazzjon, iċ-ċkejkna mimlija talent għaddiet messaġġ għall-Maltin li nhar il-Ħadd wara nofsinhar se jkunu qed jsegwuha u jagħtuha l-appoġġ.